Deċiżjoni dwar Juan Cuadrado u jekk hux se jibqa’ ma’ Juventus mistennija tittieħed wara s-Supercoppa Italiana, b’Roma li huma interessati fil-plejer.
Għalkemm Juan Cuadrado hu kuntent ma’ Juventus, b’Douglas Costa u Federico Bernardeschi ftit li xejn se jsib ċans ta’ logħob. Fl-aħħar jiem hu u l-aġent tiegħu talbu laqgħa ma’ Juventus.
Juventus iqisu li l-plejer għandu valur ta’ €30 miljun.
Sors: Il Sole 24
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com