Juventus u Ajax fl-aħħar sigħat ikkonkludew il-ftehim dwar Matthijs De Ligt li mistenni jingħaqad mal-klabb ta’ Turin fis-sigħat li ġejjin.

Jidher li l-ftehim intlaħaq għal somma ta’ €70 miljun li magħhom jiżdiedu xi bonuses (€5 miljun oħra). Il-plejer se jkollu wkoll klawżola reċissorja ta’ €150 miljun, kif mixtieq mill-aġent Mino Raiola.

Dan jagħmel lil De Ligt it-tielet l-iktar difensur għali fl-istorja tal-futbol wara Lucas Hernandez (€80 miljun) u Virgil Van Dijk (€84.65 miljun). Il-klawżola tiegħu hi wkoll l-ogħla għal difensur, quddiem dik ta’ Kalidou Koulibaly ta’ Napoli (€120 miljun).

Sors: La Gazzetta dello Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280