Emre Can ġie preżentat uffiċjalment bħala plejer ta’ Juventus. F’konferenza stampa Can ammetta li dejjem kienet ix-xewqa tiegħu li jilgħab ma’ Juventus u jinsab ħerqan għal din l-avventura.
“Din hija l-ewwel ġurnata tiegħi hawnhekk u ninsab ferħan ħafna. Dejjem kienet xewqa tiegħi li nilgħab għal Juventus u ninsab ħerqan biex nibda l-avventura tiegħi ma’ dan il-klabb.”
Can kompla jgħid li l-objettivi prinċipali żgur li se jkunu r-rebħ tas-Serie A u tal-Uefa Champions League.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com