Qed jidher dejjem iktar probabbli li Stephan Lichtsteiner iħalli lil Juventus, b’xejn, fi tmiem dan l-istaġun.

Konxji minn dan, id-diriġenti ta’ Juventus qed iħarsu lejn l-alternattivi. Fil-mira tagħhom hemm mhux biss Matteo Darmian, plejer ta’ Manchester United, imma wkoll Santiago Arias Naranjo.

Imwieled fl-1992, Naranjo llum il-ġurnata jilgħab fl-Olanda ma’ PSV kif ukoll jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.

Sors: Sportitalia

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280