Juventus u Douglas Costa, rappreżentat mill-aġent tiegħu, waslu għal approvazzjoni għat-trasferiment tal-plejer lejn Turin.

Il-plejer hu favorevoli għal dan it-trasferiment u għandu jintlaħaq ukoll qbil għall-paga tal-plejer, li se tlaħħaq is-€6 miljun fis-sena.

Fadal madankollu l-qbil bejn Bayern Munich, li jridu €50 miljun, u Juventus li mistennija joffru €40 miljun. Ir-relazzjoni tajba bejn iż-żewġ partijiet u l-volontà tal-plejer jindikaw li dan it-trasferiment jista’ jsir.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280