Fost l-ispekulazzjoni dwar trasferiment lil hinn minn Juventus għal Paulo Dybala, fl-aħħar sigħat qed tiġri l-aħbar li l-attakkant Arġentin se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus.
Rapporti fl-Ingilterra jindikaw li Dybala qed ikun offrut kuntratt ta’ ħames snin, b’paga li tista’ tlaħħaq is-€7 miljun fis-sena.
Jekk l-aħbar tkun konfermata, dan ikun ifisser li Paulo Dybala jkun għażel lil Juventus minkejja l-interess minn klabbs oħra ewlenin bħal Real Madrid u Manchester United.
Sors: Daily Mirror
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






