Ħu l-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala, Gustavo, iddikjara li l-Arġentin mhux kuntent ma’ Juventus u hu u plejers oħra se jkunu qed iħallu l-klabb.

“Hemm diversi possibbiltajiet li Paulo jħalli lil Juventus. Għandu bżonn ibiddel. Mhux kuntent u mhux se jkun l-uniku li jħalli lil Juventus,” iddikjara Gustavo.

Kompla li “barra l-grawnd m’hemm l-ebda problema ma’ Cristiano Ronaldo, imma l-problemi jinsabu fil-grawnd. Miegħu ma jistax ilaħħaq imma Paulo għadu żgħir.”

Mistoqsi jekk hux se jibqa’ fl-Italja jew le, Gustavo ddikjara li ma jista’ jgħid xejn għalkemm stqarr li “fl-Italja kien komdu, imma issa m’għadux.”

Sors: Radio Impacto Cordoba

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280