Juventus mistennija jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jirnexxilhom iżommu lil Paulo Dybala ma’ Juventus u jsir simbolu għal dan il-klabb. F’dan l-istaġun s’issa skurja 12-il goal minn 10 partiti kompetittivi.

“Jien dejjem sostnejt li l-futur jiddeċidih il-plejer innifsu u Paulo ammetta magħna li jixtieq jibqa’ f’dan il-klabb għal dejjem. Wara din id-dikjarazzjoni rridu nagħmlu sagrifiċċji kbar biex inżommuh magħna u daqt se nkunu qed noffrulu kuntratt ġdid.”

Sors: La Stampa

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280