Il-midfielder offensiv tal-Belġju Eden Hazard kellu kliem ta’ tifħir għall-goalkeeper Taljan ta’ Juventus, Gianluigi Buffon.
“Hemm plejer li kulħadd jixtieq jilgħab miegħu, imma sfortunatament wasal biex jirtira,” qal Hazard fir-rigward ta’ Buffon filwaqt li kompla li dan tal-aħħar għad fadallu xi snin jilgħab u għadu l-aqwa.
Min-naħa tiegħu Buffon irreċiproka u qal li l-affarijiet li jirnexxilu jagħmel Hazard fil-grawnd juru li hu wieħed mill-ftit plejers fl-Ewropa li kapaċi jiddeċiedi l-logħba.
Sors: Uefa