Il-midfielder Emre Can iddikjara li għadu ma ħax deċiżjoni dwar il-futur tiegħu hekk kif il-kuntratt ma’ Liverpool jiskadi fi tmiem dan l-istaġun.

“Ovvjament irrid naħseb għall-futur kalċistiku tiegħi, iżda ma nafx x’se jiġri sa tmiem l-istaġun. Inkun qed nigdeb jekk ngħid li ħadt deċiżjoni. Ma ffirmajt mal-ebda klabb u għalissa kkonċentrat fuq dan l-istaġun. Irridu nispiċċaw dan l-istaġun fit-tieni post, għaddejna għall-kwartifinali taċ-Champions League u rridu nkomplu navvanzaw,” iddikjara Can.

Kompla li għalissa hu kkonċentrat biss fuq dawn l-affarijiet. “L-aġent tiegħi waqqaf kull trattattiva għalissa, u jien iffukat fuq il-futbol.”

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280