Jidher li ftit fadal dubji dwar it-trasferiment tal-midfielder Emre Can ma’ Juventus. Fadal biss deċiżjoni dwar jekk dan hux se jseħħ f’Jannar inkella b’xejn f’Ġunju.
Dan hekk kif fl-aħħar sigħat Juventus komplew bil-kuntatti mal-aġenti tal-plejer, li kienu pożittivi u jidher li l-plejer hu konvint mill-għażla li jiġi trasferit lejn Turin.
Jingħad diffiċli ħafna li Liverpool, rassenjati li jitilfu l-plejer, li jaċċettaw li t-trasferiment isir f’Jannar anke għaliex Juventus mhux lesti jilqgħu t-talba tal-klabb Ingliż. Dan anke għaliex huma ċerti mill-intenzjoni tal-plejer li ħa impenn magħhom.
Sors: Gianluca Di Marzio
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com