Il-midfielder ta’ Liverpool jidher li aċċetta l-offerta ta’ Juventus u se jingħaqad mal-klabb ta’ Turin b’xejn, hekk kif jintemmlu l-kuntratt fi tmiem dan l-istaġun.
F’dan it-trasferiment jidher li kien determinanti Fabio Paratici, li għandu relazzjoni tajba ħafna mal-aġent tal-plejer, Reza Fazeli.
Jirriżulta li l-offerta ta’ Juventus hi ta’ kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ madwar €6 miljun fis-sena.
Sors: La Gazzetta delo Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com