Wara staġun brillanti ma’ West Ham, Payet ħalla ismu fl-ewwel logħba fil-Euro. Hekk kif kollox deher li Franza ħa jitilfu l-punti fl-ewwel logħba tagħhom, wara pass mill-isbaħ ta’ Kanté, Payet dar u fajjar xutt mill-isbaħ li wassal biex imorru t-tliet punti kollha għal Franza.
Madankollu, Payet ukoll kellu ismu mniżżel fl-ewwel gowl ta’ Franza meta bi kross sab ras l-attakant Giroud, wara inċertezza tal-gowler Rumen. Żgur mhux forsi, l-emozzjoni f’wiċċ Payet serqet il-qlub ta’ ħafna partitarji hekk kif fl-aħħar ħinijiet ġie mibdul ma’ Moussa Sissoko.