Rebħa għar-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja, kontra l-Ukrajna kemxejn perikolużi imma mhux konkreti. Wieħed miċ-ċansijiet wasal fl-ewwel taqsima meta Konoplyanka ra x-xutt tiegħu mwaqqaf milli jidħol fix-xibka meta Boateng tajjar ’il fuq minn fuq il-linja.

Boateng kompla tul il-logħba jkun sod u jagħmel interventi importanti ħafna speċjalment lejn l-aħħar tal-partita, flimkien ma’ Mustafi, sakemm il-Ġermanja għalqu l-logħba bil-gowl ta’ Schweinsteiger.

Ta’ min isemmi wkoll il-prestazzjoni tajba ħafna tal-gowler Pyatov li għamel interventi brillanti fuq Özil, Khedira kif ukoll fuq Müller.