Id-difensur ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, Leonardo Bonucci, ilbieraħ kellu xejn inqas minn 44 persuna li marru Bordeaux speċifikament biex isegwuh b’mod dirett waqt il-logħba kontra l-Ġermanja.

Jirriżulta li dawn kienu kollha qraba u ħbieb tiegħu, ilkoll bil-flokk tat-tim nazzjonali u b’isem Bonucci fuq daharhom.

Sors: TuttoJuve