L-Italja tinżel bit-tieni tim u l-Irlanda tirbaħ il-partita wara logħba mill-aqwa. Filwaqt li l-Italja kienu kwieti tul il-logħba sħiħa għajr azzjoni min Zaza u lasta ta’ Insigne, l-Irlanda dehru iktar li ħa jirbħu din il-logħba hekk kif il-grinta u d-determinazzjoni, simili għal dik tal-assistent Roy Keane, dehret fil-prestazzjoni tal-plejers Irlandiżi.

Hekk kif deher li ħa tintemm il-partita kien kross ta’ Hoolahan li sab ras Brady li għeleb għal kollox lil Sirigu. B’dan il-gowl, l-Irlanda wkoll għaddew mill-grupp hekk kif ġew it-3 post.

dical-banner-1200×280