Wara staġun fejn Ajax sabu ż-żagħżugħ Milik f’forma tajba anke jekk tilfu l-kampjonat fl-aħħar partita, kien mistenni ħafna minnu.

Fid-debutt f’turnew internazzjonali, Milik b’xutt fil-baxx sab ix-xibka. Kien perikoluż b’ħafna xuttijiet imma kien biżżejjed gowl wieħed tiegħu biex il-Polonja jirbħu l-ewwel logħba.