Jekk kien hemm dubju li Juventus huma interessati f’Aaron Ramsey, dan tneħħa għalkollox wara l-kummenti tad-Direttur Sportiv ġdid ta’ Juventus, Fabio Paratici.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar ix-xnigħat marbuta mal-akkwist tal-midfielder minn Wales, Paratici rrisponda hekk: “Hu plejer mill-aqwa li ilu snin jilgħab fi skwadra ta’ livell. Se jiskadilu l-kuntratt, u aħna dejjem attenti għal sitwazzjonijiet li jistgħu jinħolqu. L-istess fil-każ tiegħu.”

Mistoqsi speċifikament jekk hux se jilgħab għal Juventus, iddikjara li “rridu naraw. Bħalissa, li hu żgur li ninsabu attenti għas-suq tat-trasferimenti imma m’aħniex l-uniċi interessati fih.”

Sors: Gianluca Di Marzio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280