Id-Direttur Sportiv il-ġdid ta’ Juventus, Fabio Paratici, attenda għal-logħba bejn Boca u River Plate fejn kellu diskussjonijiet bl-iskop li jakkwista żewġ plejers ġodda.

Dawn huma d-difensur ta’ 19-il sena Leonardo Balerdi Rosa u l-midfielder ta’ 18-il sena Agustín Almendra fi trasferiment simili għal dak li kien wassal biex Tevez, Vadalà u Bentancur ġew trasferiti lejn Turin.

Mistennija wkoll laqgħat ulterjuri għal Rodrigo Bentancur. Bil-midfielder li hu ta’ Juventus, Boca żammew 50% mill-bejgħ futur. Għalkemm m’hemmx intenzjoni li jinbiegħ, Juventus se jippruvaw iħallsu biex iwaqqgħu din il-klawżola jew inkella jnaqqsuha.

Bejn Boca u Juventus hemm relazzjoni mill-aqwa, u s-sensazzjoni hi li se jintlaħaq ftehim li minnu jibbenefikaw it-tnejn.

Sors: Tuttosport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280