Matul il-lejl li għadda saru sensiela ta’ laqgħat bejn l-aġent ta’ Gonzalo Higuaín u d-diriġenza ta’ Milan li wasslu għall-approvazzjoni tat-trasferiment tal-plejers lejn Milan.
Il-laqgħat kienu twal u dettaljati, tant li ntemmu wara kważi erba’ sigħat għall-ħabta tat-02:40.
Jingħad li dan il-ftehim kien l-aħħar biċċa li kien fadal biex Leonardo Bonucci jkun jista’ jirritorna lejn Turin, hekk kif kienet ix-xewqa tiegħu tant li mistenni jnaqqas il-paga, waqt li Mattia Caldara jingħaqad mar-Rossoneri.
Sadattant illum mistennija laqgħa oħra, li għandha tkun tal-aħħar u definittiva bejn il-partijiet kollha konċernati, biex ikun hemm l-approvazzjoni finali għat-trasferimenti ta’ Higuaín, Caldara u Bonucci ma’ Milan u Juventus rispettivament.
Sors: TuttoJuve/Gianluca Di Marzio
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com