Wara ġimgħat ta’ trattattivi, dalgħodu l-winger ta’ 23 sena Federico Bernardeschi għamel l-ewwel passi tiegħu f’Turin qabel jiġi ppreżentat bħala l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus.

Dalgħodu, Bernardeschi jinsab fil-JMedical ta’ Juventus biex jagħmel it-testijiet mediċi. Hu ntlaqa’ minn folla ta’ persuni ħerqana għall-wasla tiegħu tant li f’xi mumenti l-uffiċjali tas-sigurtà kellhom iwarrbu lill-persuni li saħansitra baqgħu deħlin fil-faċilitajiet ta’ Juventus.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280