Ġurnali u ġurnalisti rinomati fi Franza kkonfermaw li ntlaħaq ftehim bejn Neymar u PSG u fadal l-aħħar dettalji biex jintlaħaq ftehim finanzjarju ma’ Barcelona.

Il-ġurnalist Mohamed Bouhafsi, rinomat ġewwa Franza, iddikjara li PSG jixtiequ li sat-Tnejn jew it-Tlieta jintlaħaq il-ftehim. Dan b’mod speċjali dwar il-metodu dwar kif il-flus se jgħaddu bejn il-klabbs, aktarx permezz ta’ kumpanija.

Jekk it-trasferiment iseħħ, mistenni moviment kbir ta’ attakkanti fl-Ewropa, anke għaliex irid jinstab sostitut għal Neymar mill-klabb Spanjol.

Sors: Twitter

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280