Il-programm sportiv Spanjol El chiringuito de Jugones, li fil-bidu ta’ Ġunju xandar l-1,000 edizzjoni tal-programm, ħabbar dik li l-preżentatur Josep Pedrerol iddeskriva bħala “l-aħbar tas-sena.”

“Din hi l-aħbar tas-sena. L-aħbar li tant bżajna li se sseħħ. Ronaldo se jitlaq. Se jitlaq l-aqwa plejer,” iddikjara Pedrerol.

F’dik li ddikjara bħala l-aħbar esklussiva tal-programm, il-preżentatur iddikjara li Juventus offrew offerta ta’ €100 miljun “li Real se jitrattaw hekk kif Ronaldo jittama li jżommu l-wegħda li għamlulu li jikkunsidraw offerti serji meta jiddeċiedi li jitlaq.”

Matul il-programm għamluha ċara wkoll li Ronaldo mhux se jitlaq għal kwistjoni ta’ flus tant li Real Madrid ikkuntentawh u offrewlu kemm xtaq. “Ronaldo jħoss li wasal iż-żmien li jbiddel l-arja,” jingħad f’wieħed mis-servizzi waqt il-programm.

El chiringuito de Jugones jitqies bħala wieħed mill-programmi sportivi ewlenin fi Spanja, u jispeċjalizza fuq aħbarijiet sportivi ta’ Real Madrid.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280