Juventus xtaqu li fit-trattattiva ta’ Marko Pjaca ma’ Fiorentina jiddaħħal ukoll il-midfielder Stefano Sturaro.
Madankollu l-Viola rrifjutaw dan hekk kif ma jifilħux iħallsu t-talba ta’ Juventus għall-midfielder Taljan. Saħansitra jingħad li l-klabb għamel sforz biex seta’ jiflaħ jakkwista lill-attakkant Pjaca.
Din jingħad li kienet ukoll waħda mir-raġunijiet għala l-attakkant Kroat se jibdel il-klabb biss b’self għal €2 miljun u dritt li jinxtara s-sena d-dieħla għal €20 miljun oħra.
Sors: Sky Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com