Bil-ftehim milħuq bejn Juventus u Sampdoria għall-akkwist tal-attakkant Patrik Schick għal ċifra ta’ €25 miljun, li mistennija titnaqqas bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ plejers, s’issa Juventus nefqu €106 miljun fl-2017.
Matul din is-sena, li tinkludi wkoll is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, s’issa Juventus akkwistaw ukoll lil Caldara, Orsolini u Bentancur. Ma’ dawn jiżdiedu €37 miljun oħra minfuqa għall-akkwist b’mod permanenti ta’ Medhi Benatia u Juan Cuadrado.
Isegwu Milan, li madankollu nefqu €40 miljun inqas, waqt li Inter u Napoli għadhom ma nefqu xejn.
Sors: Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






