It-tim ta’ Chelsea qegħdin joffru s-somma ta’ €70 miljun għall-akkwist tal-Brażiljan Alex Sandro u Juventus jinsabu interessati ħafna anke minħabba l-fatt li b’dak l-ammont id-diriġenti ta’ Juventus se jkunu qed jinvestu f’żewġ alternattivi oħra li huma Matteo Darmian u Mattia De Sciglio.
Juventus kienu xtraw lil Sandro għas-somma ta’ €26 miljun u żgur li se jkunu qed jagħmlu qligħ mill-bejgħ tiegħu. Darmian u De Sciglio qed jitqiesu bħala l-aħjar żewġ alternattivi fl-eventwalità li jitlaq Sandro għaliex kapaċi wkoll jilagħbu fuq iż-żewġ faxex.
Sors: Corriere della Sera
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






