La Gazzetta dello Sport irrappurtat l-aħbar li Juventus laħqu ftehim fuq il-paga mal-plejer Madrilen Danilo u issa baqa’ biss li jintlaħaq ftehim ma’ Real Madrid dwar is-somma.
Dan għaliex l-Ispanjoli jixtiequ €30 miljun għal dan il-plejer. Jidher li l-Bianconeri laħqu ftehim mal-plejer biex jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €5 miljun fis-sena.
Real Madrid kienu xtraw lil Danilo fl-2015 għas-somma ta’ €31.5 miljun mingħand Porto u dan huwa l-fattur prinċipali għaliex Real Madrid jixtiequ €30 miljun għalih, biex ikunu kważi ma tilfu xejn mill-prezz li xtrawh però d-diriġenti Juventini jinsabu kunfidenti li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
<strong>Sors: La Gazzetta dello Sport</strong>
<em>Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.</em>
<em>Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
</em>






