Juventus jidher li laħqu ftehim mal-goalkeeper Mattia Perin, li aktarx se jkun l-eredi ta’ Gianluigi Buffon bejn il-lasti Juventini.

Jidher li Perin hu konvint minn din l-għażla, għalkemm jaf li se jkollu jegħleb l-isfida ta’ Wojciech Szczęsny.

Diversi ġurnali fl-Italja qed jirrappurtaw li issa għad fadal li jintlaħaq ftehim bejn Juventus u Genoa biex dan it-trasferiment jidħol fis-seħħ. Genoa jqisu li l-goalkeeper għandu valur ta’ €20 miljun.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280