Gaffe inkredibbli fuq TopCalcio24 hekk kif żewġ ġurnalisti u opinjonisti li kienu qed jiddiskutu lil Juventus, issuġġerew li l-klabb jakkwista lil Davide Astori minflok Leonardo Bonucci.
Id-diskussjoni kienet għaddejja hekk kif għaddejjin xnigħat li għal Leonardo Bonucci hemm l-interess ta’ PSG kif ukoll Manchester City.
Iżda jidher li l-ġurnalisti nsew li Davide Astori, eks captain ta’ Fiorentina, ilu iktar minn sena li tilef ħajtu wara attakk tal-qalb, f’każ li ħasad lill-Italja kollha.
Sors: TopCalcio24
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com