Mhux sigriet li Juventus xeħtu għajnejhom fuq il-goalkeeper Mattia Perin bħala l-eredi ta’ Gianluigi Buffon bejn il-lasti Juventini.

Issa sar magħruf li għada se ssir laqgħa bejn Juventus u Genoa, fejn Juventus se jippruvaw jinvolvu lill-goalkeeper ta’ 21 sena Emil Audero, attwalment misluf lil Venezia, fit-trattattiva.

Genoa qed jitolbu €20 miljun, b’Juventus li jxitiequ jilħqu ftehim fuq bażi ta’ massimu ta’ €12-il miljun u l-involviment ta’ numru ta’ plejers żgħażagħ. Genoa jaf ikunu interessati wkoll f’Moise Kean.

Jirriżulta li Perin u Juventus laħqu ftehim ta’ ħames snin b’kuntratt ta’ €2.5 miljun fis-sena.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280