Juventus u FC Bayern München laħqu ftehim dwar Dogulas Costa li għandu jiġi ssiġillat għada hekk kif Giuseppe Marotta, Direttur Ġenerali ta’ Juventus, u l-intermedjarju tat-trattattiva Giovanni Branchini jaslu fil-Ġermanja biex jiffinalizzaw it-trasferiment.

Bil-plejer li għandu ftehim mal-klabb ta’ Turin, u li llum ma tħarriġx mal-kumplament tal-iskwadra, jidher li t-testijiet mediċi se jsiru immedjatament l-Erbgħa fil-J Medical ta’ Turin.

It-trasferiment se jiswa iktar milli oriġinarjament kien mistenni. Waqt li l-ewwel offerta ta’ Juventus kienet ta’ €10 miljuni immedjatament u €30 miljun fi tmiem l-istaġun li jmiss, issa jidher li l-ftehim hu fuq pagament immedjat ta’ €6 miljun u €40 miljun oħra li jitħallsu fi tmiem l-istaġun.

Sors: Sky Sport/Mediaset Premium/Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280