Hekk kif Juventus laħqu ftehim ma’ Federico Bernardeschi, it-trasferiment għadu ma seħħx minħabba problemi bejn il-klabbs rispettivi.
Jirriżulta li l-problema hi li l-plejers li jixtiequ Fiorentina huma kkunsidrati inċedibbli minn Juventus: għat-talba ta’ Pjaca, Juventus irrispondew b’le deċiża, waqt li kien hemm ukoll rifjut għall-offerta ta’ Sturaro.
Għalhekk, Juventus qed joffru €40 miljun u magħhom iżidu xi bonuses. Madankollu, Forentina jridu li l-bonuses ikunu marbuta ma’ fatturi li huma eħfef li jintlaħqu.
It-tama hi li l-ftehim jintlaħaq sal-Erbgħa, għaliex il-Ħamis jibda r-ritiro ta’ Fiorentina.
Sors: Premium Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






