Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola kien mistoqsi rigward il-possibbiltà li Manchester City jiffirmaw lil Miralem Pjanić. Huwa sostna li għalkemm Pjanić huwa plejer validu, it-tim preżenti huwa tajjeb u hemm plejers tajbin f’kull settur.
“Is-suq tat-trasferimenti baqagħlu u baqa’ ċans biex insaħħu l-iskwadra iżda preżentement l-iskwadra hija tajba ħafna u għandna plejers tajbin f’kull pożizzjoni. Problema ta’ plejers quddiem id-difiża m’għandniex għaliex għandna diversi plejers li kapaċi jilagħbu hemmhekk.”
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com