Il-ġurnalist rinomat Gianluca Di Marzio tkellem dwar il-tluq ta’ Dani Alves, Leonardo Bonucci u n-nuqqas ta’ ritorn ta’ Leonardo Spinazzola ma’ Juventus.
“Juventus ma kinux qed jistennew it-talba ta’ Dani Alves biex iħalli l-klabb. Meta ngħaqad mal-klabb sar patt li jitħalla jitlaq jekk ikun hemm possibbiltajiet li jinteressawh. Dwar Bonucci, kien hemm sinjali li r-relazzjoni bejn il-klabb u l-plejer kienet sejra lura. Il-klabb kien qed jistenna li jitlaq, imma mhux ma’ Milan,” qal Di Marzio.
Kompla billi tkellem ukoll dwar Leonardo Spinazzola. “Atalanta tilfu ħafna protagonisti, u fil-bidu tas-suq tat-trasferimenti, il-klabb kien assigurat li Juventus kienu se jħallu lill-plejer f’Bergamo.”
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com