Wara li Gianluigi Buffon għalaq 40 sena, se nagħtu ħarsa ftit lejn ir-rekords li s’issa għamel tul il-karriera tiegħu. Buffon irnexxielu jikser 14-il rekord.

– L-aktar plejer li rebaħ tazzi ma’ Juventus – 19
– L-aktar plejer li rebaħ tazzi f’kompetizzjonijiet Taljani – 21
– L-aktar plejer b’dehriet mat-tim nazzjonali fost il-plejers Ewropej – 175
– L-aktar plejer b’dehriet uffiċjali fost il-plejers Taljani – 1,057
– L-aktar plejer b’dehriet ma’ Juventus – 638
– L-aktar plejer li rebaħ logħob kompetittivi fost il-plejers Taljani – 568
– L-aktar goalkeeper li dam mingħajr ma jaqla’ gowl fis-Serie A – 974 minuta
– L-aktar goalkeeper bi cleansheets f’logħbiet kompetittivi tal-UEFA – 117-il partita
– L-aktar goalkeeper li rebaħ l-unur tal-Goalkeeper tas-Sena – 12
– L-aktar plejer li rebaħ l-unur tal-aqwa goalkeeper tas-sena tal-IFFHS – 5
– L-unika goalkeeper li rċieva l-unur tal-aqwa plejer tas-Serie A – 2017
– L-unika goalkeeper li rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-UEFA – 2003
– L-unika goalkeeper li ġie ppremjat bil-Golden Foot – 2016
– L-unika plejer li rebaħ 10 Kampjonati

Sors: Juvestats

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280