Bħal kull edizzjoni, it-turnew ta’ Viareggio reġa’ qiegħed ikun ta’ vetrina għal talenti żgħażagħ li għadhom ma ġewx skoperti mill-aqwa klabbs Ewropej.
Il-Juventus mhumiex eċċezzjoni u fost il-plejers li qegħdin ikollhom turnew daqstant impressjonanti, Guti Romero huwa l-isem prinċipali fuq fomm l-iscouts tat-tim minn Turin.
Cristian Gabriel ‘Guti’ Romero, difensur ċentrali li twieled fl-1998, kien ta’ garanzija fit-tim Argentin ta’ Belgrano hekk kif bil-prestazzjonijiet tiegħu bħala difensur ċentrali, huwa għen lit-tim rispettiv tiegħu sabiex ikun għadma iebsa għal kull avversarju.
Tant hu hekk, illi apparti Juventus, klabbs oħra huma wkoll interessati fosthom Fiorentina, Genoa, Inter u Roma.
Sors: TuttoJuve