Ħames klabbs ewlenin fl-Ewropa qed jesprimu interess fil-midfielder ta’ Juventus Rodrigo Bentancur.

PSG, Barcelona, Real Madrid, Manchester City u Chelsea lesti jikkompetu kontra xulxin biex jakkwistaw lit-talent żagħżugħ li s’issa hu l-iktar plejer li lagħab logħob infila ma’ Juventus sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun.

Jingħad li wħud minn dawn il-klabbs saħansitra lesti joffru sa’ €60 miljun, għalkemm it-trasferiment mhux faċli. Dan mhux biss għax il-plejer hu meqjus importanti minn Massimiliano Allegri, iżda wkoll għax Boca Juniors għandhom 50% mill-bejgħ futur tal-plejer.

Sors: Don Balon

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280