Il-ġurnali sportivi llum, minkejja xejn ġdid f’dak li jirrigwarda s-suq tat-trasferimenti, juru li d-direzzjoni li fiha qegħdin jaħdmu d-diriġenti ta’ Juventus hija waħda ċara bl-għan finali jkun iktar suċċessi, b’mod speċjali fuq livell Ewropew.

Tuttosport: Bit-titlu kbir “Juve + Juve” tgħid illi Marotta u Paratici qegħdin jaħdmu sabiex jagħtu lil Allegri żewġ plejers ta’ livell għoli f’kull qasam tal-formazzjoni. Il-ġurnal minn Turin jippubblika wkoll żewġ formazzjonijiet li jirriflettu dan ir-raġunament.

La Gazzetta dello Sport: Ftit li xejn dwar il-Bianconeri fil-paġna ta’ quddiem għajr għal titlu żgħir fin-naħa t’isfel fejn tikkonferma l-akkwisti ta’ Dani Alves u Berardi.

Il Corriere dello Sport: Tgħid li Juventus u Real Madrid għaddejjin minn serje ta’ negozjati bla waqfien u li Juventus iridu wkoll b’ċerta saħħa lil Kovačić u għamlu offerta għalih ta’ €25 miljun.