Baqa’ biss madwar 48 siegħa biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti u x-xnigħat ma jonqsux iżda bi prominenza kbira qed jiġi rrappurtat illi l-aħħar akkwisti ta’ Juventus se jkunu Witsel u Cuadrado.

Tuttosport: Il-paġna ta’ quddiem tagħti prominenza lil Witsel u tgħid illi Juventus jinsabu viċin ferm l-akkwist tal-midfielder belġjan għall-prezz ta’ €15–il miljun.

La Gazzetta dello Sport: Skont il-ġurnal ta’ Milan, l-akkwist mill-ġdid ta’ Cuadrado għadu possibli u li għal Witsel in-negozjati għadhom għadejjin.

ll Corriere dello Sport: Jgħid illi Witsel se jkun l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus għal €15–il miljun, filwaqt li l-possibbilta’ li Juventus jieħdu lil Luis Gustavo issa spiċċat. Tgħid ukoll li Cuadrado jista’ jkun l-akkwist tal-aħħar minuta filwaqt li Inter qed juru interess f’Lichtsteiner.

dical-banner-1200×280