Il-ġurnali sportivi tal-lum kollha kemm huma jagħmlu riferiment għal dak li qal Massimo Allegri dwar l-akkwist ta’ Pjanić minn Juventus.

Tuttosport: Bit-titlu “Champions con Pjanić si può” il-ġurnal minn Turin jikkwota lil Allegri li qal li jinsab kuntent ħafna bil-mod kif qed jiżvolġi s-suq tat-trasferimenti ta’ Juventus u li bi Pjanić mhux biss issaħħew Juventus imma ddgħajfu rivali diretti li huma Roma.

Tikkwota wkoll lill-kowċ jgħid illi diġà tkellem ma’ Pjanić fejn stqarr li jista’ jilgħab f’diversi pożizzjonijiet, li jixtieq li Morata jibqa’, u li Pogba huwa plejer ta’ Juventus u qatt ma deher għat-training magħhom liebes il-papoċċ. Tuttosport issemmi wkoll interess f’Witsel u d-deċiżjoni ta’ Berardi li jibqa’ għal sena oħra ma’ Sassuolo.

La Gazzetta dello Sport: Ukoll tikkwota lil Allegri dwar Pjanic filwaqt li tgħid li kif daħal Pogba ma’ Franza rnexxielu jittrasforma lill-bleus.

ll Corriere dello Sport: Tgħid li Juventus għandhom f’idejhom ukoll lil Lapadula li beħsiebhom jisilfu lil Sassuolo. Titkellem ukoll dwar l-għażla ta’ Berardi li jibqa’ ma’ Sassuolo u tikkwota lil Allegri jgħid illi bl-akkwist ta’ Pjanić Juventus issaħħew u dgħajfu lil Roma.

dical-banner-1200×280