Il-ġurnali sportivi tal-lum naturalment jiffukaw l-iktar fuq ir-rebħa tal-Italja kontra l-Iżvezja li rat 6 Juventini fil-grawnd fl-istess ħin fil-mument li ġie skurjat il-gowl deċiżiv. Ftit li xejn dwar il-calciomercato għalkemm jissemma isem ġdid.

Tuttosport: Minkejja li tliet kwarti tal-paġna ta’ quddiem hija ddedikata lin-nazzjonal Taljan, il-ġurnal minn Turin jgħid li fil-każ li jitlaq Morata qiegħda tiżdied il-possibbiltà li Juventus jieħdu lil Batshuayi. Tgħid ukoll li Mascherano qiegħed jagħmel pressjoni biex jitlaq lil Barcelona li min-naħa tagħhom ma jixtiqux li jċedu. Titkellem ukoll dwar Morata u ż-żewġ gowls li skurja kontra t-Turkija.

La Gazzetta dello Sport: Minkejja li ma tagħmel l-ebda riferiment dirett għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem, issemmi l-wirja ta’ Morata ma’ Spanja kif ukoll dak li qal Ibrahimović wara l-logħba dwar Chiellini, ċjoè li kieku kellhom xi jgħidu l-Bianconero kien ikun l-isptar bħalissa.

Il Corriere dello Sport: Minbarra l-aħbarijiet relatati man-nazzjonal u r-rebħa kontra l-Iżvezja, b’titlu kbir tgħid li fit-tieni rawnd iktar hemm ċans li l-Italja tilgħab kontra Mandžukić milli kontra Morata.

dical-banner-1200×280