Il-ġurnali sportivi tal-lum huma ffukati fuq il-logħba tal-lejla bejn l-Italja u Spanja u ftit li xejn jitkellmu dwar Juventus, bl-uniku ġurnal li jagħmel dan ikun il-ġurnal Tuttosport.

Tuttosport: Il-ġurnal minn Turin jgħid li Dani Alves wasal Turin fejn illum mistenni jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt mal-bianconeri.

La Gazzetta dello Sport: L-ebda riferiment għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta r-roża .

ll Corriere dello Sport: L-unika aħbar relatata mal-Juventus b’mod indirett tikkwota lil Buffon jgħid li Morata huwa plejer tajjeb ħafna imma xorta l-Italja se telimina lil Spanja.

dical-banner-1200×280