Għalkemm baqa’ biss ġimgħa għall-bidu tal-Euro 2016 u xi ftit jew wisq l-attenzjoni hija ffukata fuq dan l-avveniment internazzjonali, Juventus xorta waħda jispikkaw fit-tlitt ġurnali b’aħbarijiet li jittrattaw is-suq tat-trasferimenti.

Tuttosport: Bit-titlu “Neanche per 200 milioni”, il-ġurnal minn Turin jgħid li Pogba u Dybala huma fit-top 10 tal-iktar plejers imfittxija fis-suq tat-trasferimenti iżda minkejja dan Juventus huma determinati li jżommuhom biex ikomplu jfittxu r-rebħ tal-unuri b’mod speċjali ċ-Champions League. Il-gazzetta tikkwota l-aġenzija speċjalizzata Ceis li stmat lil Dybala b’valur ta’ 104 miljun Ewro u lil Pogba 90 miljun Ewro.

La Gazzetta dello Sport:
Filwaqt li l-paġna ta’ quddiem ta’ din il-gazzetta hija ddedikata kważi kompletament lil Inter u n-nazzjonal Taljan, tikkwota lil Morata jgħid li jixtieq jibqa’ ma’ Juventus.

Il Corriere dello Sport:
Tuża t-titlu “Doppietta Juve” biex titkellem dwar l-akkwisti ta’ Dani Alves u Ikoné minn naħa tal-Bianconeri. Dwar dan tal-aħħar, li se jingħaqad ma’ Juventus fuq free transfer tgħid, li l-PSG jinsabu rrabjati ħafna.