Tkompli s-saga dwar Pjaca. Juventus jirrifjutaw offerta għal Bonucci hekk kif illum tibda l-ewwel fażi tal-pre-season.

 
Tuttosport: Bit-titlu “No!” il-ġurnal minn Turin jgħid li Manchester City offrew €45 miljun għal Bonucci li Juventus irrifjutaw b’mod kategoriku.

 
La Gazzetta dello Sport: Titkellem dwar il-bidu tal-pre-season ta’ Juventus bil-preżenza mill-ewwel ġurnata ta’ Pjanic u Dybala u tgħid li Mourinho jrid lil Pogba u lest joffri €100 miljun għalih.

 
ll Corriere dello Sport: jgħid li Juventus u Napoli llum jibdew il-pre-season tagħhom, u filwaqt li Allegri se jkollu mill-ewwel lil Dybala u Pjanic, Sarri għadu ma jafx x’se jsir minn Higuaín.