Kif mistenni, il-ġurnali sportivi tal-lum huma ffukati fuq ir-rebħa tal-Italja kontra Spanja bl-unika aħbar oħra tkun l-uffiċjalizzazzjoni tal-akkwist ta’ Dani Alves minn Juventus.

Tuttosport: Il-paġna ta’ quddiem hija kważi kompletament iddedikata lit-tim nazzjonali Taljan b’ritratt ta’ Buffon qed jiġri lejn il-lasta biex jiċċelebra. Titlu iżgħar fin-naħa t’isfel jgħid li kien hemm dellirju sħiħ ġewwa Turin wara t-testijiet mediċi ta’ Dani Alves.

La Gazzetta dello Sport: L-uniku riferiment indirett għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta r-roża huwa ritratt ta’ Chiellini jiċċelebra l-gowl kontra Spanja.

ll Corriere dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus b’mod indirett issemmi lil Chiellini u lil Buffon bħala tnejn mill-eroj tal-Italja kontra Spanja.

dical-banner-1200×280