Il-ġurnali sportivi tal-lum kollha kemm huma jagħtu prominenza kbira lin-nazzjonal Taljan iżda l-calciomercato xorta jsib post…

Tuttosport: Tikkwota lil Morata li qal li li kien għalih jibqa’ ma’ Juventus imma l-għażla mhix tiegħu. L-attakkant Spanjol qal li ma’ Juventus kuntent ħafna u s-sapporters jimlewh b’messaġġi t’affett. Tgħid ukoll li kulħadd miġnun wara Zaza imma Juventus mhux beħsiebhom iċeduh.

La Gazzetta dello Sport: L-unika aħbar relatata ma’ Juventus fil-paġna ta’ quddiem hija sentenza li tgħid li l-Bianconeri qed jagħmlu manuvri importanti f’nofs il-grawnd.

ll Corriere dello Sport: Jgħid li Juventus għamlu offerta għall-attakant Belġjan Batshuayi. Skont dan il-ġurnal l-offerta hi ta’ €30 miljun imma Marseille iridu €40.

dical-banner-1200×280