Minkejja li llum jibda t-tieni rawnd tal-Euro 2016 bi tliet partiti, il-ġurnali tal-lum jagħtu prominenza kbira lil Juventus b’mod speċjali l-kummenti li għadda Dybala lill-media hekk kif wasal Malta.

Tuttosport: Bit-titlu ewlieni fil-paġna ta’ quddiem ta’ dan il-ġurnal ikun “Caro Alves fammi segnare come Messi” il-gazzetta minn Turin tikkwota lil Dybala jgħid li Juventus huma ta’ livell ta’ Real, Barcelona u Bayern. Jgħid ukoll li stagħġeb bl-akkwist ta’ Pjanić li jista’ jgħallem lil sħabu kif jagħtu l-freekicks. Iżid ukoll li kellem lil Pogba u li jinsab ċert li dan se jibqa’ ma’ Juventus. Jgħid ukoll illi jiddispjaċih li telaq Morata imma mhux se jieħu n-numru 9 tiegħu u għadu jittama li jiġi lura. Jiċċajta wkoll dwar l-isfida li Morata se jkollu ma’ Chiellini fl-Euro 2016 u jgħid li miskin hu.

La Gazzetta dello Sport: Dan il-ġurnal ukoll jikkwota lil Dybala u b’titli kbar jgħid illi kellem lil Pogba u dan tal-aħħar beħsiebu jibqa’ ma’ Juventus. Tikkwotah ukoll rigward l-akkwist ta’ Pjanić u l-fehma tiegħu li l-Juve huma fuq l-istess livell ta’ Real u Barca u li b’Dani Alves u Pjanić il-Bianconeri jistgħu jirbħu ċ-Champions League.

Il Corriere dello Sport: Jgħid li Juventus għażlu lil Batshuayi biex jieħu post Morata u tikkwota l-ittra li kiteb lis-sapporters dan tal-aħħar. Tgħid li l-attakkant Belġjan jiswa 30 miljun. Tikkwota wkoll lil Dybala li faħħar l-akkwisti ta’ Dani Alves u Pjanić.

dical-banner-1200×280