Il-ġurnali sportivi tal-lum jiddedikaw il-paġni ta’ quddiem tagħhom lill-Euro 2016 iżda minkejja dan Juventus jissemmew anki b’mod indirett.

Tuttosport: Tgħid illi sabiex jingħaqad ma’ Juventus, Pjanić ċeda s-€6 miljun tas-sehem tiegħu fil-klawżola tal-kuntratt li għandu ma’ Roma. B’ħarsa lejn l-Euro 2016, il-ġurnal minn Turin jgħid li Pogba huwa l-antidotu għall-biża’ u t-tensjoni li bħalissa qed taħkem lil Franza minħabba l-istrajkijiet li hemm u t-theddida ta’ terroriżmu.

La Gazzetta dello Sport: Tikkwota lil Del Piero li qal li minkejja li l-Italja mhix fost il-favoriti għar-rebħ tal-Euro 2016 lest li jilgħab kollox fuq Buffon u Conte. Tgħid ukoll illi l-Bianconeri issa huma kkonċentrati fuq li jippruvaw jakkwistaw lil André Gomes u ssemmi wkoll ir-rabja tar-Romanisti dwar l-akkwist ta’ Pjanić minn Juventus.

ll Corriere dello Sport: L-uniku riferiment għal Juventus fil-paġna ta’ quddiem huwa li Pogba qed jitqies bħala l-plejer li se jkun l-istilla tal-Euro 2016 u ritratt ta’ Buffon bil-flokk tan-nazzjonal Taljan waqt sessjoni ta’ taħriġ.