Għalkemm il-Calciomercato jibqa’ jiddomina l-gazzetti sportivi fl-Italja, il-ġurnali tal-lum jiffokaw iktar fuq il-finali taċ-Champions League u n-nazzjonal Taljan.

Tuttosport: L-aħbar prinċipali tgħid li kemm Mascherano u kif ukoll Cavani qegħdin jaħdmu sabiex jinħallu mill-kuntratti rispettivi tagħhom u jkunu jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus. Dan il-ġurnal jikkwota wkoll lil Juan Sebastián Verón li qal li Mascherano jista’ jmur tajjeb mal-Bianconeri grazzi għall-esperjenza tiegħu.

La Gazzetta dello Sport: Il-gazzetta ta’ Milan tikkwota lil Mascherano jgħid li Barcelona jafu li kollox għandu tmiem.

Il Corriere dello Sport: ukoll tikkwota lil Verón fuq il-possibbiltà li Mascherano jingħaqad ma’ Juventus.