Filwaqt li kulħadd qed jistenna x’ser isir minn Pogba, stennija li fil-fatt qed tibda ddejjaq lil kuħadd, illum il-ġurnali sportivi Taljani (bl-eċċezzjoni ta’ Tuttosport) jagħżlu li jikkonċentraw fuq temi oħra.

Tuttosport: L-aħbar ewlenija ta’ dan il-ġurnal hija intervista ma’ Juninho li qal li Pjanić fejn jidħlu l-freekicks huwa tal-livell ta’ CR7 u Messi. Jgħid ukoll illi Juventus qed jistudjaw il-possibbiltà ta’ bdil bejn Zaza u Luiz Gustavo.

La Gazzetta dello Sport: fin-naħa t’isfel tal-ewwel paġna tgħid illi Juventus u Allegri se jimmiraw biex jirbħu t-tliet tazzi.

ll Corriere dello Sport: Dan il-ġurnal jagħmel riferiment għall-kampanja abbonamenti ta’ Juventus bis-season tickets jinbiegħu kollha fi żmien rekord.